Mudell Standard

Minn testwiki
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija

Il-Mudell Standard (MS) hu teorija kwantistika tal-kampi (rinormalizzabbli) li tiddeskrivi l-partiċelli elementari kollha magħrufa sal-lum u tlieta mill-erba' forzi fundamentali magħrufa, jiġifieri l-interazzjoni qawwija, elettromanjetika u dgħajfa (l-aħħar tnejn huma magħqudin flimkien fl-interazzjoni elettrodgħajfa). Il-forza gravitazzjonali hi l-unika interazzjoni magħrufa li mhijiex deskritta mill-Mudell Standard. Din it-teorija kwantistika tal-kampi taqbel mal-mekkanika kwantistika kif ukoll mar-relattività ristretta.

Illum, il-previżjonijiet tal-Mudell Standard ġew fil-parti l-kbira verifikati sperimentalment bi preċiżjoni għolja ħafna. Madankollu ma jistax jitqis bħala teorija kompluta tal-interazzjonijiet fundamentali. Infatti din it-teorija ma tinkludix il-gravità li għaliha sal-lum ma teżistix teorija kwantistika koerenti. Barra minn hekk ma tipprevedix, l-eżistenza tal-materija skura li tagħmel parti kbira mill-materija li teżisti fl-univers.

Storja

Il-formulazzjoni tal-unifikazzjoni tal-interazzjoni elettromanjetika u l-interazzjoni dgħajfa fil-Mudell Standard nafuha lil Steven Weinberg, Abdus Salam u, qabilhom lil Sheldon Glashow . L-ewwel formulazzjoni bbażata fuq il-grupp tal-guage SU(2)xU(1) nafuha lil S. Glashow[1] imma din il-proposta iltaqgħet ma' diffikultajiet li għandhom x'jaqsmu mal-introduzzjoni diretta tal-mases tal-bożoni intermedji vetturi.
Wara indipendentement minn xulxin Weinberg fl-1967[2] u Salam[3] fl-1968 estendewh u komplewh billi integrawh mal-proposta ta' Peter Higgs u oħrajn tal-ksur spontanju tas-simetrija[4][5][6]li biha il-partiċelli kollha deskritti fil-mudell setgħu jingħataw massa.

Wara l-iskoperta fis-CERN tal-eżistenza ta' kurrenti newtrali dgħajfa [7][8][9][10] medjati mill-bożon Z, kif bassar il-Mudell Standard, Weinberg, Glashow u Salam ġew mogħtija l-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1979.

Il-mudell kif kien propost oriġinarjament kien limitat għall-leptoni. Il-quarks ġew introdotti aktar tard permezz tax-xogħol pivotali tal-1970 ta' Glashow istess, John Iliopoulos u Luciano Maiani li introduċew ir-raba' quark, imsejjaħ charm, li kellu l-għan li jegħleb bil-qawwa l-kurrenti u l-bidla fl-istramberija (mekkaniżmu GIM).

Il-partiċelli elementari fil-Mudell Standard

Stampa:350px-Elementary particle interactions mt.svg.png
Dijagramma tal-interazzjonijiet bejn il-partiċelli deskritti mill-Mudell Standard

Fil-Mudell Standard il-partiċelli fundamentali huma miġbura f'żewġ kategoriji:

Il-materja ordinarja kollha li nosservaw fid-dinja makroskopika hi magħmula minn quarks u leptoni: infatti hi magħmula minn atomi, li huma stess huma komposti minn nukleu u minn għadd ta' elettroni, li huma l-eħfef fost il-leptoni ċċarġjati. In-nukleu stess hu magħmul minn protoni u newtroni, li kull wieħed minnhom hu kompost minn tliet quarks.

Fil-Mudell Standard il-fermijoni huma miġbura ġo familji, tlieta għal-leptoni u tlieta għall-quarks. Kull waħda mit-tliet familji ta' leptoni fiha partiċella ċċarġjata (rispettivament elettron, muon u taw) u newtrino li jikkorrispondi magħhom. Kull waħda mit-tliet familji ta' quarks fiha quark ta' ċarġ +2/3 u ieħor ta' ċarġ –1/3. L-eħfef quarks huma up (u) u down (d), li magħquda flimkien skont l-iskema uud jiffurmaw il-proton (ta' ċarġ +2/3+2/3–1/3 = +1), u magħqudin skont l-iskema udd jiffurmaw in-newtron (ta' ċarġ +2/3 –1/3 –1/3 = 0).

Il-bożoni tal-gauge li jimmedjaw l-interazzjonijiet huma: il-foton permezz tal- interazzjoni elettromanjetika, iż-żewġ bożoni ċċarġjati W u il-bożon Z permezz tal-interazzjoni dgħajfa u l-gluoni permezz tal-interazzjoni qawwija.

Il-Mudell Standard mistenni li jkun fih mill-inqas bożon ta' Higgs wieħed [11]li l-massa tiegħu mhux prevista mill-Mudell, u bħalissa qed jiġi riċerkat minn xi esperimenti kbar, fosthom l-Esperiment Atlas u l-Compact Muon Solenoid u fuq kollox il-LHC, ta’ CERN li dan l-aħħar kellhom riżultati kważi konklużivi .

Il-gravitoni, jiġifieri, il-bożoni li xi xjenjati jaħsbu li jistgħu jimmedjaw l-interazzjoni gravitazzjonali f'waħda mill-formulazzjonijiet kwantistiċi possibbli tagħha, mhumiex inklużi fil-Mudell Standard.

L-unifikazzjoni tal-forzi fundamentali

Il-Mudell Standard huwa eżempju ta' unifikazzjoni ta' interazzjonijiet fundamentali għaliex l-interazzjonijiet elettromanjetiċi u dgħajfa huma flimkien manifestazzjonijiet ta' interazzjoni waħda li tissejjaħ elettrodgħajfa. Storikament kien hemm eżempji oħra ta' unifikazzjoni:

Ħafna fiżiċi tal-partiċelli jemmnu li tista' ssir unifikazzjoni tal-forzi iżjed profonda. L-interazzjoni elettrodgħajfa u l-qawwija, fil-fatt, huma karatterizzati minn żewġ kostanti ta' rabta li fil-Mudell Standard huma ffissati, iżda l-estrapolazzjoni tagħhom għal enerġiji ogħla tista' tkun mod ta' unifikazzjoni.

Il-Mudell Standard ma jistax jinkludi l-gravità, li t-trattament tagħha fir- Relattività Ġenerali bħalissa mhux kompatibbli mal-mekkanika kwantistika.

Il-prinċipju ta' simetrija fil-Mudell Standard

Il-formulazzjoni tal-Mudell Standard hi bbażata fuq prinċipju ta' simetrija. Dan jikkonsisti fl-invarjanza taħt trasformazzjonijiet imsejħa trasformazzjonijiet tal-gauge. L-invarjanza tal-gauge tiggarantixxi l-konsistenza matematika u l-prevedibbiltà tat-teorija, jiġifieri dik li teknikament tissejjaħ ir-rinormalizzabbiltà tat-teorija.

It-trasformazzjonijiet tal-gauge jikkorrispondu ma' xi ġeneraturi: il-bożoni vetturi, li jiddeskrivu l-forzi osservati fin-natura li huma dawk deskritti mill-grupp unitarju SU (3)×SU(2)×U(1). Dan il-grupp hu magħmul mill-prodott tal-grupp SU(2 )×U (1) li jiddeskrivi l-interazzjonijiet elettromanjetiċi u dgħajfa, u l-grupp SU(3) li jiddeskrivi l-interazzjonijiet qawwija.

Id-deskrizzjoni tal-interazzjonijiet elettromanjetiċi permezz tal-grupp U(1) tissejjaħ elettrodinamika kwantistika, jew QED, filwaqt li d-deskrizzjoni tal-interazzjonijiet qawwija permezz tal-grupp SU(3) tissejjaħ kromodinamika kwantistika, jew QCD.

Il-partiċelli li jimmedjaw fil-forzi tas-simetriji tal-gauge

Fit-teorija tal-gauge, ma' kull grupp ikkunsidrat jikkorispondi għadd ta' xi bożoni vetturi u l-għadd tagħhom jiddependi min-numru ta ' ġeneraturi, li huwa proprjetà matematika tal-grupp stess. Mas-sottogrupp SU(2)×U (1) jikkorrispondu il-foton, il-medjatur tal-interazzjoni elettromanjetika, u il-bożoni W (iċċarġjat) u Z (newtrali)]] medjaturi tal-interazzjoni dgħajfa, filwaqt li mas-sottogrupp SU(3) jikkorispondu tmien gluoni, mogħnija b'ċarġ tal-kulur.

Partiċelli medjatriċi tal-forzi
Forza elettromanjetika Forza nukleari dgħajfa Forza nukleari qawwija
Foton γ Bożoni intermedji W+, W,
Z
Gluon g

Il-gluoni, kontra l-fotoni, li għandhom ċarġ elettriku żero, għandhom il-propjetà taċ-ċarġ tal-kulur, u għalhekk huma soġġetti għall-forza qawwija (din il-proprjetà għandha x’taqsam mal-fatt li SU(3) huwa grupp mhux abeljan). L-istess jiġri fil-każ tal-bożoni W u Z li jistgħu jinteraġixxu bejniethom. Din il-proprjetà ġiet ivverifikata sperimentalment, b'mod partikolari fuq l-aċċeleratur LEP ta' CERN[12][13][14].

Il-mases tal-partiċelli u l-mekkaniżmu ta' Higgs

It-teoriji tal-gauge, fihom infishom, ma jistgħux jiddeskrivu il-bożoni vetturi mogħnija bil-massa, u dan jikkontradixxi dak li ġie osservat sperimentalment. Min-naħa l-oħra, il-bożoni vetturi massivi jagħmlu t-teorija mhux rinormalizzabbli, allura inkoerenti mill-punto di vista matematiku. Biex niddeskrivu korrettament il-partiċelli massivi fil-Mudell Standard inżidu l-mekkaniżmu tal-ksur spontanju tas-simetrija. Is-sottogrupp U(2)×U(1) jinkiser spontanjament, u għalhekk bożon massiv ieħor imsejjaħ il-bożon ta’ Higgs, ġie introdott fit-teorija. Il-mekkaniżmu ta' Higgs jista' wkoll jispjega, mingħajr tbassir kwantitattiv, il-preżenza tal-mases tal-fermijoni.

Fl-4 ta’ Lulju 2012 tħabbar f'CERN li fl-esperimenti ATLAS u CMS tal-LHC ġiet osservata b’sigurtà ta’ 99.9996%, partiċella kompatibbli mal-bożon ta' Higgs b’massa bejn 125 GeV u 126 GeV .[15]

It-tliet ġenerazzjonijiet ta' fermijoni

Il-fermijoni jistgħu jiġu raggruppati skond il-proprjetajiet tagħhom ta' interazzjoni fi tliet ġenerazzjonijiet: l-ewwel magħmula minn elettroni newtrino u Quarks, Quark up u Quark down. Kull materja ordinarja tikkonsisti, kif rajna, minn elettroni u quarks up u down. Il-partiċelli taż-żewġ ġenerazzjonijiet li jmiss għandhom massa ikbar minn ta' qabel ta' hawn fuq (safejn nafu, għall newtrini il-kejl ma jippermettux qis dirett tal-massa, iżda biss il-valuri assoluti tad-differenzi fil-massa). Minħabba li għandhom massa akbar, il-leptons u l-Quarks tat-tieni u t-tielet familja (jew il-partiċelli ffurmati minnhom) jistgħu jinqasmu f'partiċelli eħfef magħmula minn elementi tal-ewwel familjal. Għalhekk, dawn il-partiċelli huma instabbli u jkollhom nofs-ħajja qasira.

Organizzazzjoni tal-Fermijoni
  L-ewwel generazzjoni It-tieni generazzjoni It-tielet generazzjoni
Quark Up
u Charm
c Top
t
Down
d Strange
s Bottom
b
Leptoni Newtrino
elettroniku
νe Newtrino
muoniku
νμ Newtrino
tawoniku
ντ
Elettron e Muon μ Taw
τ

L-elettron il-muon u t-taw u n-newtrini li jikkorrispondu magħhom neutrino huma klassifikati bħala leptoni.
Kontra l-Quarks, dawn ma għandhomx ċarġ tal-kulur u allura l-forza nukleari qawwija m'għandha l-ebda effett. Il-Quarks, għandhom ċarġ tal-kulur li jagħmilhom suġġetti għall-forza qawwija, li hi medjata mill-bożoni vetturi msejħin gluoni. Il-gluoni għandhom ċarġ bil-kulur u jistgħu jinteraġixxu bejniethom. Għal din ir-raġuni u minħabba l-valur għoli ta' kostanti tar-rabta, il-forza qawwija tiżdied mad-distanza, u hekk il-Quarks qatt ma jistgħu jiġu osservati ħielsa fil-materja ordinarja, imma biss magħqudin fi stati li għandhom ċarġ tal-kulur.

Dawn l-istati b'kulur newtrali jissejħu adroni, u huma maqsuma f'barjoni tat-tip fermijoniku, magħmul minn tliet Quarks (protoni u newtroni), u meżoni, tat-tip bożoniku, kompost minn par quark-antiquark (pijoni). Il-massa totali ta' dawn il-partiċelli hi iżjed minn dik tal-komponenti individwali minħabba l-enerġija tar-rabta.
Minbarra dawn l-istati marbuta ġew ipotizzati wkoll dawn li jsejħulhom stati eżotiċi magħmulin minn kombinazzjonijiet varji, bħall-pentaquark. Madankollu, sal-lum, m'hemmx xhieda sperimentali għal dawn l-istati.

Verifiki u tbassir

Il-Mudell Standard bassar l-eżistenza tal-bożoni W u Z, il-gluon, tal-quarks top u ċ-charm qabel ma dawn il-partiċelli ġew osservati. Ġie ivverifikat sperimentalment ukoll li l-karatteristiċi teoretiċi ta' dawn il-partiċelli jaqblu bi preċiżjoni kbira ma' dawk li fil-fatt jidhru li għandhom fin-natura.

L-aċċeleratur ta' elettroni u pożitroni LEP ta' CERN ittestja u vverifika ħafna mit-tbassiriet tal-Mudell Standard, b'mod partikolari dwar id-diżintegrazzjoni tal-bożoni Z. Fost il-verifiki li saru ta' min isemmi dawk tal-eżistenza ta' tliet familji ta' newtrini ħfief.

Sfidi għall-Mudell Standard

Għalkemm il-Mudell Standard kellu suċċess kbir fl-ispjegazzjoni tar-riżultati sperimentali, qatt ma ġie aċċettat bħala teorija sħiħa tal-fiżika fundamentali, minħabba n-nuqqasijiet tiegħu partikolarment il-punti li ġejjin:

  1. Il-mudell fih xi 19-il parametru ħieles, bħall-mases tal-partiċelli, li jridu jiġu determinati b'mod sperimentali (ma' 19-il parametru ieħor għall-mases tan-newtrini), iżda dawn mases ma jistgħux jiġu kkalkulati indipendentement minn xulxin, u għalhekk għandu jkun hemm bejniethom xi relazzjoni mhux prevista tal-mudell.
  2. Il-mudell ma jistax jinkludi l-interazzjoni gravitazzjonali.
  3. Il-mudell jonqos milli jbassar l-eżistenza tal-materja skura, li tagħmel il-parti l-kbira tal-materjal eżistenti fl-Univers.

Minn mindu kien lest il-Mudell Standard saru ħafna sforzi biex jintgħelbu dawn il-limiti u jibdluh f’teorija sħiħa. It-tentattiv biex jintgħeleb l-ewwel nuqqas hu magħruf bħala l-Unifikazzjoni l-Kbira. It-teorija msejħa GUT ("Grand Unification, Theory) tissuġġerixxi li l-gruppi SU(3 ), SU(2) u U(1) mhumiex ħlief sottogruppi ta' grupp ta' simetrija ikbar. F'enerġiji għolja (barra l-kapaċità tal-esperimenti tallum) is-simetrija tal-grupp unifikatur tibqa' konservata, f'enerġiji aktar baxxi min-naħa l-oħra il-grupp jinżel għall-SU(3)×SU(2)×U(1) permezz tal-proċess magħruf bħala l-ksur spontanju tas-simetrija.

L-ewwel teorija ta' dan it-tip ġiet proposta fl-1974 minn Howard Georgi u Sheldon Glashow, bil-grupp SU(5) bħala l-grupp ta' unifikazzjoni. Il-GUT għandu l-proprjetà li m'għandux il-Mudell Standard. Din hi li jista' jbassar il-fenomenu tad-diżintegrazzjoni tal-protoni. Fl-1999 l-Osservatorju tan-Newtrini, Super-Kamiokande stabbilixxa li qatt ma osserva diżintegrazzjoni tal-protoni, u hekk stabilixxa l-limitu l-aktar baxx ta’ 6.7×1032 sena għan-nofs ħajja ipotetika tal-proton. Dan u esperimenti ipprovaw li ħafna teoriji GUT, fosthom dik ibbażata fuq il-grupp SU(5) kienu foloz, u dawn ġew skartati.

L-evoluzzjoni tal-kostanti tar-rabta tat-tliet gruppi SU(3), SU(2) u U(1) li tat-support tat indikazzjoni sperimentali possibbli lil xi unifikazzjoni tal-interazzjonijiet. Meta tiżdied l-iskala l-enerġija (teknikament imsejħa running) din tevolvi b'mod li l-kostanti, estrapolati għal enerġiji kbar, għandhom it-tendenza li jkollhom valuri viċin ta' xulxin. Madankollu, il-konverġenza tal-valuri tal-kostanti mhix preċiża, u nistgħu nissuspetaw li jeżistu fenomeni oħra li għadna ma skoprejnihomx li jidhru bejn l-iskala ta' enerġija tal-massa taż-Z u l-iskala ta' enerġija li fiha titwettaq l-unifikazzjoni l-kbira.

L-ewwel konferma sperimentali tad-devjazzjoni mill-formulazzjoni oriġinali tal-Mudell Standard saret fil-1998, meta l-esperiment Super-Kamiokande ippubblika riżultati li indikaw xi oxxillazzjoni tan-newtrini bejn tipi differenti. Dan implika li n-newtrini għandhom massa differenti minn żero, peress li kieku l-massa kienet żero ma kienx jista' jkun hemm l-oxxillazzjoni bejn togħmiet differenti ta' newtrini, minbarra l-fatt li jridu jivvjaġġaw bil-veloċità tad-dawl. Il-Mudell Standard ma jipprevedix li n-newtrini għandhom massa, u jissoponi biss l-eżistenza ta' newtrini xellugin, jiġifieri l-ispin tagħhom hu orjentat fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni tal-mixi tagħhom. Kieku n-newtrini kellhom massa, kienu bilfors jivvjaġġaw b'veloċità inqas minn tad-dawl u kienu jistgħu jeżistu newtrini leminin (infatti kien ikun possibbli li tgħaddi jew taqbeż newtrino bl-għażla ta' sistema ta' referenza li fiha d-direzzjoni tal-mixi tiegħu tinqaleb mingħajr effett fuq l-ispin tiegħu, u hekk isir lemini). Minn dakinhar il-fiżiċi rrevedew il-Mudell Standard u introduċew massa għan-newtrini, li żiedet 9 parametri ħielsa oħra (3 mases, 3 angoli ta' taħlit u 3 fażi) mad-19 li kienu diġà hemm; dan il-mudell ġdid għadu jisejjaħ il-Mudell Standard, minkejja l-bidliet li sarulu

It-teorija tas-Supersimetrija nistgħu inqisuha bħala estensjoni oħra tal-Mudell Standard. Din li tipproponi li kull partiċella tal-Mudell Standard konvenzjonali għandha sieħba supersimetrika bil-massa. Is-Supersimetrja tbassar l-eżistenza ta' partiċelli tqal stabbli li għandhom interazzjonijiet dgħajfa mal-materja ordinarja. Dawn il-partiċelli kienu kandidati fl-ispjegazzjoni tal-hekk imsejħa materja skura tal-univers.

Lista tal-partiċelli tal-Mudell Standard

Dawn huma l-bożoni medjaturi (imsejħin bożoni tal-gauge) li hemm fil-Mudell Standard:

Dawn huma l-fermijoni tal-Mudell Standard imqassma skont il-ġenerazzjoni:[16]

Fermijoni xellugin fil-Mudell Standard
L-ewwel generazzjoni
Fermijon
(xellugi)
Simbolu Ċarġ
elettriku
Isospin
dgħajjef
Iperċarġ Ċarġ
tal-kulur *
Massa **
Elettron e 1 1/2 1/2 𝟏 511 keV
Pożitron e+ +1 0 +1 𝟏 511 keV
newtrino elettroniku νe 0 +1/2 1/2 𝟏 < 2 eV
Quark up u +2/3 +1/2 +1/6 𝟑 ~ 3 MeV ***
Antiquark up u¯ 2/3 0 2/3 𝟑¯ ~ 3 MeV ***
Quark down d 1/3 1/2 +1/6 𝟑 ~ 6 MeV ***
Antiquark down d¯ +1/3 0 +1/3 𝟑¯ ~ 6 MeV ***
 
It-tieni generazzjoni
Fermijon
(xellugi)
Simbolu Ċarġ
elettriku
Isospin
dgħajjef
Iperċarġ Ċarġ
tal-kulur *
Massa **
Muon μ 1 1/2 1/2 𝟏 106 MeV
Antimuon μ+ +1 0 +1 𝟏 106 MeV
newtrino muoniku νμ 0 +1/2 1/2 𝟏 < 2 eV
Quark charm c +2/3 +1/2 +1/6 𝟑 ~ 1,3 GeV
Antiquark charm c¯ 2/3 0 2/3 𝟑¯ ~ 1,3 GeV
Quark strange s 1/3 1/2 +1/6 𝟑 ~ 100 MeV
Antiquark strange s¯ +1/3 0 +1/3 𝟑¯ ~ 100 MeV
 
It-tielet generazzjoni
Fermijon
(xellugi)
Simbolu Ċarġ
elettriku
Isospin
dgħajjef
Iperċarġ Ċarġ
tal-kulur *
Massa **
Tawon (jew Taw) τ 1 1/2 1/2 𝟏 1,78 GeV
Anti-taw τ+ +1 0 +1 𝟏 1,78 GeV
newtrino Tawoniku ντ 0 +1/2 1/2 𝟏 < 2 eV
Quark top t +2/3 +1/2 +1/6 𝟑 173 GeV
antiquark top t¯ 2/3 0 2/3 𝟑¯ 173 GeV
Quark bottom b 1/3 1/2 +1/6 𝟑 ~ 4,2 GeV
antiquark bottom b¯ +1/3 0 +1/3 𝟑¯ ~ 4,2 GeV
Noti:
  • * - Dawn iċ-ċarġijiet m’humiex ċarġijiet Abeljani normali li jistgħu jingħaddu flimkien imma awtovaluri tar-rappreżentazzjonijiet tal-grupp ta' Lie.
  • ** - Dik li s-soltu nifhmu bħala massa tiġi mir-rabta bejn fermijon xellugi u ieħor lemini, pereżempju, il-massa ta' elettron ġejja mir-rabta bejn elettron xellugi u elettron lemini, li hu l-antipartiċella ta' pożitron xellugi. Anki n-newtrini juru varjetà kbira fir-rabtiet tal-massa, u għalhekk ma nkunux preċiżi meta nitkellmu dwar il-mases tan-neutrinos fit-tipi bażi tagħhom, jew li ngħidu li newtrino elettroniku xellugi u newtrino elettroniku lemini għandhom l-istess massa, kif tissuġġerixxi din it-tabella .
  • *** – Fir-realtà dak li jitkejjel sperimentalment huma l-mases tal-barjoni u adroni u diversi sezzjonijiet ta' impatt. Billi l-quark ma nistgħux niżolawh minħabba l-konfinament tal-QCD, nassumu li l-kwantità li tidher hija l-massa tal-quarks fuq l-iskala ta' rinormalizzazzjoni tat-tranżizzjoni tal-fażi tal-QCD. Biex jirnexxilhom jikkalkulaw din il-kwantità, il-fiżiċi iridu jibnu mudell fuq xibka u jippruvaw jassenjaw mases differenti lill-quarks biex isibu dawk li bihom il-mudell joqrob l-iżjed id-data sperimentali. Billi l-mases tal-quarks tal-ewwel ġenerazzjoni huma taħt l-iskala QCD ħafna, l-inċertezzi huma kbar ħafna: fil-fatt, il-mudelli kurrenti ta' QCD fuq xibka qishom jissuġġerixxu li l-mases ta' dawn il-quarks huma sinifikament aktar baxxi minn dawk fit-tabella

Referenzi

Mudell:Referenzi

Bibljografija

  1. S. Glashow, Partial-symmetries of weak interactions, Nucl. Phys., 22, ħarġa 4, 579-588 (1961)
  2. .Weinberg, A Model of Leptons, Phys. Rev.Lett., 19 1264-1266 (1967)
  3. Mudell:Ċita ktieb
  4. P. W. Higgs, Broken Symmetries, Massless Particles and Gauge Fields, Phys. Lett., 12, 132 (1964),
  5. P. W. Higgs, Broken Symmetries and the Masses of Gauge Bosons, Phys. Rev. Lett., 13 508 (1964), paġni 321–323
  6. Peter Higgs, the man behind the boson
  7. F. J. Hasert et al., Search for elastic muon-neutrino electron scattering, Phys. Lett., 46B. pag. 121 (1973).
  8. F. J. Hasert et al., , Phys. Lett., 46B,pag. 138, (1973).
  9. F. J. Hasert et al., Observation of neutrino-like interactions without muon or electron in the Gargamelle neutrino experiment, Nucl. Phys., B73, pag. 1, (1974).
  10. D. Haidt The discovery of the weak neutral currents, 2004, dal CERN courier
  11. Xi estensjonijiet tal-Mudell Standard, li jgħidulhom mudelli mhux minimali, jipprevedu iżjed bożoni ta’ Higgs.
  12. [0801.1235] Study of W bożon polarisations and Triple Gauge boson Couplings in the reaction e+e- -> W+W- at LEP 2
  13. [0706.2741] Study of Triple-Gauge-Boson Couplings ZZZ, ZZgam and Zgamgam at LEP
  14. [hep-ex/9901030] Measurement of triple gauge WWgamma couplings at LEP2 using photonic events>
  15. [https://web.archive.org/web/20120705215550/http://press.web.cern.ch/press/PressReleases/Releases2012/PR17.12E.html CERN experiments observe particle consistent with long-sought Higgs boson CERN experiments observe particle consistent with long-sought Higgs boson
  16. W.-M. Yao et al. (Particle Data Group), 2006, "Review of Particle Physics: Quarks", Journal of Physics G, vol. 33, p.1