Funzjonijiet (matematika)

Minn testwiki
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
Stampa:Funzjoni.jpg

Fil-matematika, funzjoni  f minn  X għal  Y hi magħmula minn:

1) sett  X imsejjaħ id-dominju ta'  f

2) sett  Y imsejjaħ il-kodominju ta’  f

3) liġi li ma' kull element  x f'  X tassoċja element wieħed u wieħed biss  f(x) f'  Y.

 x jissejjaħ l-argument tal-funzjoni, jew inkella il-varjabbli indipendenti, waqt li  f(x) huwa l-valur tal-funzjoni, jew inkella l-varjabbli dipendenti.

Dawn li ġejjin huma kliem sinonimi ma' "funzjoni":
"applikazzjoni", "operatur", "mappa", "relazzjoni binarja univoka", "trasformazzjoni".

Dan il-kunċett hu fundamentali fil-friegħi kollha tal-matematika.

Eżempji

L-iżjed eżempji sempliċi ta’ funzjonijiet huma dawk li bħala d-dominju u l-kodominju għandhom settijiet numeriċi. Pereżempju, jekk ma’ kull numru nassoċjaw id-doppju ta’ dak in-numru, ikollna funzjoni. Ma dan kollu nitkellmu fuq funzjoni anki meta d-dominju u l-kodominju jew it-tnejn ma jkunux settijiet ta’ numri. Pereżempju, jekk ma’ kull trianglu nassoċjaw iċ-ċirku inskritt fih, ikollna funzjoni għaliex għal kull trianglu jeżisti ċirku wieħed u wieħed biss li hu inskritt fih.

Sikwit nitkellmu fuq funzjonijet b’iżjed argumenti, jew b’iżjed valuri, pereżempju, funzjoni li l-koordinati  x,y,z ta’ punt fl-ispazju torbothom mat-temperatura  T u l-pressjoni P ta’ l-arja. F’dan il-każ , il-funzjoni fir-realtà xorta għandha argument wieħed biss, li hu t-terna  (x,y,z) , u xorta għandha valur wieħed biss, li hu l-koppja  (T,P) .

Definizzjoni

Mogħtija s-settijiet  X u  Y, sottosett  f tal-prodott Carteżjan  X×Y insejħulu funzjoni minn  X għal  Y, jekk għal kull  xX, jeżisti element wieħed u wieħed biss  yY tali  (x,y)f. Dan l-element tradizzjonalment niddenotawh b’  f(x): fi kliem ieħor, minflok niktbu  (x,y)f nistgħu nużaw il-kitba tradizzjonali  y=f(x).

Il-fatt li  f hija funzjoni minn  X għal  Y li tassoċja ma’  x l-element  f(x) nistgħu nuruh billi niktbu:

f:XYxf(x)

Is-sett  X (li minnu l-funzjoni  f "tieħu" il-valuri) hu id-dominju tal-funzjoni  f, waqt li s-sett  Y (li fih insibu l-valuri "mogħtijin" mill-funzjoni  f) hu l-kodomiju tal-funzjoni  f.

Nosservaw li t-termini metaforiċi "tieħu valur" u "tagħti valur" jirreferu għal mudell mekkaniku tal-funzjonijiet li jirrapreżenthom bħala magna li meta ttiha element tad-dominju, tittrasformah fl-element imqabbel tal-kodominju. Minn din ix-xbieha jiġi s-sinonimu trasformazzjoni.

Is-sett

{yY|xX|y=f(x)},

mogħti mill-elementi  y tal-kodominju li għalihom jeżisti  x fid-dominju li tittrasfoma f’  y ngħidulu l-immaġini ta’  f u niddenotawh b’ Im(f) jew b’abbuż żgħir tal-lingwa b'  f(X).

Anki din it-termini ġejja minn mudell li jħares lejn funzjoni bħala sistema tad-dawl, pereżempju lenti; f’dal-mudell l-elementi tad-dominju jikkorrespondu ma’ ġħejun ta’ raġġi tad-dawl u l-elementi tal-kodominju ma’ fejn jolqtu r-raġġi jew l-immaġini.

Definizzjoni alternattiva

Xi matematiċi jippreferixxu d-definizzjoni alternattiva ta’ funzjoni li ġejja, li għalkemm hi iżjed rigoruża, rari tintuża:

Funzjoni hija terna ordnata  (A,B,f), fejn  A hu sett,  B hu sett ieħor, u  fA×B  hu tali  aA !bB | (a,b)f

Operazzjonijiet fuq il-funzjonijiet

Jekk ikollna żewġ funzjonijiet  f :  X →  Y u  g :  Y →  Z nistgħu niddefinixxu l-kompożizzjoni tagħhom: din hi definita bħala l-applikazzjoni l-ewwel ta’  f fuq  x u mbagħad l-applikazzjoni ta’  g fuq ir-riżultat  f(x).

Din il-funzjoni ġdida niddenotawha b’  gf. Jekk nużaw in-notazzjoni tradizzjonali nistgħu niktbu hekk:

(gf)(x)=g[f(x)]

Notazzjonijiet għall-funzjonijiet

Jistgħu jintużaw notazzjonijiet oħra għall-valur ta’ funzjoni  F li jikkorrispondi ma’ element  x, iddenotat fin-notazzjoni tradizzjonali b’ F(x):

F'dik li nsejħulha notazzjoni b’funzjoni prefissa niktbu:

Fx:=F(x) .

F'dik li nsejħulha notazzjoni b’funzjoni suffissa niktbu:

xF:=F(x) .

B’dawn in-notazzjonijiet il-kompożizzjoni ta’ żewġ funzjonijiet  F u  G jistgħu jinkitbu f’4 modi:

(FG)x=G(Fx) ,
(FG)x=F(Gx) ,
x(FG)=(xF)G ,
x(FG)=(xG)F .

Xi drabi minflok parentesi tondi jintużaw parentesi kwadri:

F[x]=F(x) .

B’dan il-mod nevitaw il-konfużjoni mal-parentesi li juru l-ordni ta’ l-operazzjonijiet. Fost oħrajn din in-notazzjoni tintuża f’xi programmi ta’ kalkulu simboliku.

Funzjonijiet ta’ żewġ varjabbli jew iżjed

Meta d-dominju ta' funzjoni  f ikun il-prodott karteżjan ta' żewġ settijiet u hekk il-funzjoni taġixxi fuq koppji ta’ elementi ta’ settijiet l-immaġini tal-koppja  (x,y) nuruha bin-notazzjoni

 f(x,y)

allavolja bin-notazzjoni introdotta fuq, suppost niktbu  f((x,y)). F'dal-kaz il-funzjoni  f tissejjaħ funzjoni ta’ żewġ varjabbli.

Pereżempju, il-funzjoni ta’ multiplikazzjoni tassoċja żewġ numri naturali mal-prodott tagħhom:  f(x,y)=xy. Din il-funzjoni nistgħu niddefinuha formalment bid-dominju  ×, is-sett tal-koppji tan-numri naturali kollha.

L-istess japplika jekk minflok żewġ settijiet nieħdu tlieta jew iżjed.

Funzjonijiet ta’ iżjed valuri

Jekk il-kodominju ta’ funzjoni  f hu l-prodott Carteżjan ta' żewġ settijiet jew iżjed, dawk il-varjabbli spiss jinġabru f’vettur u nistgħu ngħidulha funzjoni vettorjali.

Eżempju tipiku hu t-trasformazzjoni linjari tal-pjan, pereżempju:

(x,y)(y,x).

Funzjoni ngħidulha polidroma fil-każ li r-riżultat ta’ l-operazzjoni hu definit univokament: pereżempju, ir-radiċi kwadrata ta’ numru reali posittiv jinkiteb bħala l-funzjoni

+()

li tassoċja ma kull numru reali posittiv is-sett taż-żewġ radiċi kwadrati. Eżempju ieħor analogu hu l-logaritmu definit fuq is-sett tan-numri komplessi.

Operazzjonijiet binarji

Ħafna operazzjonijiet binarji ta’ l-aritmetika, bħal l-addizzjoni u l-multiplikazzjoni, huma funzjonijiet mill-prodott karteżjan  × għal  , u niddeskrivuhomu bin-notazzjoni infissa: jiġifieri niktbu  x+y (u mhux  +(x,y)) biex niddeskrivu l-immagini tal-koppja  (x,y) bl-operazzjoni  +.

Din in-notazzjoni ġiet ġeneralizzata fl-alġebra moderna, biex ikunu jistgħu jiġu definiti strutturi alġebrin bħal pereżempju dik ta’ grupp, bħala sett  X mogħti xi operazzjonijiet binarji li għandhom propjetajiet determinati.

Klassifikazzjoni

Fil-matematika u sostanzjalment fl-applikazzjonijiet tagħha kollha niltaqgħu ma’ ħafna tipi ta’ funzjonijiet b’karatteristiċi diversi ħafna. L-għadd kbir tal-funzjonijiet għalhekk nikklassifikawha skond bosta kriteri.

Klassifikazzjoni bbażata purament fuq is-settijiet

Klassifikazzjoni bbażata fuq it-tip ta’ dominju u kodominju

Klassifikazzjoni tal-funzjonijiet mill-ambitu tal-kalkulabbilià

Klassifikazzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-analisi infiniteżmali

Xi funzjonijiet magħrufa

Funzjonijiet ta’ interess probabilistiku u statistiku


Mudell:Portal